top of page
Asset 2_4x.png

STORJA

1986

 

Iċempel it-telefown. Hello? Hemm leħen qed jagħti d-direzzjonijiet. Direzzjonijiet lejn “Il-Każin tal-Imqarbin”. 

Ejja waħdek. Iċċekkja li ħadd m’hu qed isegwik. Doqq il-qanpiena. U x’ħin tidħol se tolqtok ir-riħa ta’ nies bħalek.

Wasalt oħt, fil-Każin. Fejn l-irġiel meħlusin. 

​​

Hawnekk id-dinja ta’ barra ma teżistix. L-irġiel jiżfnu. Jitbewsu. Jittantaw ‘l xulxin. U l-irġiel iħobbu 'l irġiel. 

Sakemm darba waħda, jasal il-virus. U tieqaf il-mużika. 

 

Mil-producers tat-"Teatru tal-Miksin”, wasal il-musical ġdid ta’ Luke Saydon. Ispirat minn stejjer kwir Maltin, dan l-ispettaklu huwa mafkar għall-ġenerazzjoni kwir li ġiet qabilna. L-imħabba tagħhom, ir-reżiljenza tagħhom u l-impatt li ħallew warajhom. B’direzzjoni ta’ Denise Mulholland u moviment ta’ Chakib Zidi, il-Każin tal-Imqarbin lest biex jiftaħ il-bibien tiegħu.

INFO

ĦIN:

Sagħtejn, bla intervall

ETÀ

15+

​​​

LINGWA:

Malti

 

TEATRU: 

Valletta Campus Theatre, Valletta

DATI: 

11 ta' Ottubru 2024, 7:30pm 

12 ta' Ottubru 2024, 7:30pm (Sottotitli bl-Ingliż)

13 ta' Ottubru2024, 7:30pm 

​​

17 ta' Ottubru 2024, 7:30pm (Sottotitli bl-Ingliż)

18 ta' Ottubru 2024, 7:30pm 

19 ta' Ottubru 2024, 7:30pm (Sottotitli bl-Ingliż)

20 ta' Ottubru 2024, 7:30pm  (Sottotitli bil-Malti)

23 ta' Ottubru 2024, 7:30pm (Sottotitli bl-Ingliż)

24 ta' Ottubru 2024, 7:30pm (Sottotitli bl-Ingliż)

25 ta' Ottubru 2024, 7:30pm 

26 ta' Ottubru 2024, 7:30pm (Sottotitli bl-Ingliż)

27 ta' Ottubru 2024, 3:30pm 

27 ta' Ottubru 2024, 7:30pm 

BILJETT:

€30

CAST

TIM KREATTIV

PRODUCER

DISINN TAD-DAWL

PERKUSJONI

DIRETTUR MUŻIKALI

DIREZZJONI

MOVEMENT

DRAMMATURĠIJA

DISINN

PRODUCER

ARRANĠAMENTI

VJOLINĊELL

DISINN TAD-DAWL

AĊĊESS

TEMI IMPORTANTI

​​

Il-produzzjoni tinvolvi temi ta’ telf u mewt, mard, stigma soċjali, infedeltà u insinwazzjonijiet omofobiċi bħala prodott taż-żmien meta l-istorja hija ambjentata.

SOTTOTITLI 

Ir-rappreżentazzjonijiet tat-12, 17, 19, 24 u 26 ta’ Ottubru se jkollhom sottotitli bl-INGLIŻ. Ir-rappreżentazzjoni tal-20 ta’ Ottubru se jkollha sottotitli bil-MALTI.

 

L-iskrin tas-sottotitli jinsab fuq quddiem fuq in-naħa tax-xellug.

 

SEATING AĊĊESSIBBLI

It-teatru huwa aċċessibbli għal- persuni li juzaw siġġu tar-roti. Nitolbuk tikkuntatjana HAWN sabiex nirriservawlek post adegwat kif ikoll navżaw lill-istaff tat-teatru sabiex jkunu jistgħu jgħinuk taċċessa l-ispazju b'faċilità.

TOUCH TOUR

Il-produzzjoni se tkun qed torganizza touch tour għall-persuni għomja jew neqsin mid-dawl (BVI). Il-patruni BVI se jiġu mistiedna jidħlu fit-teatru qabel il-prestazzjoni biex jesploraw l-ispazju, jħossu l-props, il-kostumi u jingħataw informazzjoni speċifika biex nifaċilitaw esperjenza teatrali mill-aktar inklussiva. Dawn it-tours touch huma disponibbli għal kwalunkwe prestazzjoni. Jekk jogħġbok ibbukkja touch tour b'xejn HAWN. 

DOKUMENT TAL-AĊĊESSIBILTÀ

Il-produzzjoni għandha dokument diġitali li jakkumpanja ix-show. Dan id-dokument jelabora dwar ir-riċerka fl-isfond tas-silta, temi li n-nies jistgħu jsibu diffċili, mappa ta’ aċċess għat-teatru, u gwida emozzjonali għall-istorja. 

Dan id-dokument se jkun disponibbli fuq is-siti soċjali u fuq din il-website ġimgħatejn qabel il-produzzjoni. 

PRESTAZZJONIJIET KALMI

Rappreżentazzjoni kalma hija wirja tal-musical iddisinjata speċifikament għal dawk li jistgħu jibbenefikaw minn ambjent teatrali aktar flessibbli. L-ispettaklu se jiġi preżentat fi spazju b’dawl aktar rilassanti, livelli tal-ħoss aktar ġentili u attitudni rilassata lejn il-moviment u l-istorbju fl-udjenza. Hija mfassla għal individwi b'sensittivitajiet sensorji, b'diżabilitajiet fit-tagħlim jew għal kull min jista' jħoss ċertu skumdità fil-konfini ta' teatru.

Jekk tixtieq tattendi prestazzjoni kalma, jekk jogħġbok ibgħatilna e-mail

HAWN. 

KONĊESSJONIJIET

Nemmnu li kulħadd għandu jkollu l-opportunità li jgawdi din il-prestazzjoni, u għalhekk se noffru varjetà ta’ konċessjonijiet biex l-esperjenza tkun saħansitra aktar aċċessibbli.

Jekk int student, persuna li qed ifittxu x-xogħol, anzjan jew xi ħadd li jista' jiffaċċja xi ostaklu fil-ħlas ta' biljett - jekk jogħġbok ikkuntattjana. Għax irriduk li tkun parti mill-udjenza tagħna. Għandna numru żgħir ta’ biljetti mraħsa disponibbli għal kull serata. Iktbilna u aħna nagħmlu l-almu tagħna biex niżguraw li inti tista 'tiġi tesperjenza dan il-musical.

Ibgħatilna HAWN għal konċessjonijiet.

STORY
INFO
ACCESS
CAST
GALLERY

RITRATTI

Ritratti tal-cast mill-R&D tal-Każin. 

Andrew Buhagiar, Jamie Cardona, Josette Ciappara, Raphael Pace u Ryan Grech.

Fotografija ta' Klara Vassallo u Emma Micallef

PARTNERS

1 AZ .png
6 MGRM.png
hiv-malta-logo-18_edited.png
CC Logo White Print.png
2 Arts Council RO.png
PARTNER
Anchor 3
bottom of page